Filmat: Għar Ħanex isir tieqa u jieħdu l-maltemp

Kienu għadhom lanqas m’għaddew 24 siegħa minn meta Għar Ħanex sar tieqa, li l-maltemp ma ħadux għalkollox u fadal biss il-fdalijiet tal-istess għar.

Għar Ħanex, li kien jinsab mal-kosta viċin iż-żona magħrufa bħala ‘Ras il-Miġnuna’, iġġarraf b’kawża naturali, speċjalment minħabba l-erużjoni tal-ġebla bil-melħ mir-raxx tal-baħar u bir-riħ.

Newsbook.com.mt żar din iż-żona f’jum li fih il-Gżejjer Maltin qed jintlaqtu minn riħ qawwi li beħsiebu jkompli jżid fil-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd.

Aktar kmieni ġie rrappurtat kif f’Jum il-Mara ta’ sentejn ilu l-baħar ħa t-Tieqa tat-Dwejra u din is-sena fil-Ġimgħa l-Kbira ġiet iffurmata tieqa oħra:

Jum il-Mara jieħu t-Tieqa tat-Dwejra u l-Ġimgħa l-Kbira tagħtina oħra

Hekk kif fl-2017 f’Jum il-Mara ġġarfet it-Tieqa tad-Dwejra, tul il-jum tal-Ġimgħa sfronda Għar Ħanex fil-Qrendi. Riżultat ta’ dan inħolqot ‘tieqa’ ġdida fil-ponta tal-irdum.

Posted by JP Muscat on Friday, April 19, 2019

JP Muscat

Skont il-paġna ‘It-Temp Madwarna’ din il-ħnejja ġdida żgħira fil-ponta tal-irdum mistennija tgħaddi minn prova tajba fi tmiem din il-ġimgħa hekk kif riefnu mix-Xlokk se jqajjem baħar qawwi ħafna ma’ dik il-kosta.