Jum Dinji tal-Kliewi: ara kif tista’ tgħin

Għada, il-Ħamis 12 ta’ Marzu madwar id-dinja se jitfakkar il-Jum Dinji tal-Kliewi. F’din l-okkażjoni s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed ifakkar li f’Malta bħalissa ħawn 300 pazjent, u f’Għawdex madwar 20 pazjent ieħor, morda bil-kliewi.

Is-Servizz spjega kif dawn il-pazjenti, apparti li jirċievu b’mod regolari trattamenti permezz ta’ magni tad-dijalisi, spiss jirċievu trasfużjonijiet tad-demm li jammontaw għal madwr 7% tal-provvista tad-demm mid-donaturi.

Għaldaqstant dawk li jixtiequ jgħinu lil dawn il-morda bl-għoti tad-demm għandkom jirrikorru:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ KULJUM 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-6:00pm).
  • fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu bejn it-8:30am u s-1:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-1:00pm) ser ikun maġenb il-knisja parrokkjali tal-Fgura
  • fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 15 ta’ Marzu ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-1:00pm).
  • Huwa importanti li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.