Juliana Bonanno u Nicholas Muscat jirbħu l-Gold Cup

Juliana Bonanno għelbet lil Amanda Cini fil-finali tal-kompetizzjoni tal-Gold Cup. Ċini, li kellha bżonn biss żewġ strikes biex tirbaħ l-aħħar frame, iżda rnexxielha biss tagħmel l-ewwel strike biex b’hekk rebħet Juliana bi 3 pins. Fit-tieni post ġiet Liliana Spiteri.

Ir-round robin tal-irġiel kienet missielta sew, fejn iż-żgħażugħ ta’ 14-il sena Dwayne Zahra, li kien għadu kif kiser ir-rekord nazzjonali ta’ taħt it-18-il sena, rebaħ erba’ mill-ħames logħbiet biex wasal dirett fil-finali.

Nicholas Muscat, li ukoll għandu 14-il sena, għeleb lil Dylan Santillo biex b’hekk lagħab kontra Zahra fil-final. L-ewwel logħba rebaħha Muscat, iżda fit-tieni logħba, Zahra fetaħ vantaġġ żgħir mill-bidu u baqa’ bih sal-aħħar frame, fejn kellu jagħmel split biex jirbaħ. Zahra ma rnexxilux jagħmel dan u b’hekk Muscat rebaħ b’distakk żgħir ta’ 2 pins.