Jovic jitfa’ għajnejh fuq il-kampjonati Ingliżi u Taljani

Luka Jovic kien mistenni li jissieħeb ma’ Real Madrid, iżda l-attakkant ta’ Eintracht Frankfurt minflok sostna li l-Premier League jew is-Serie A jkunu aktar addattati għalih. Is-centre forward Serbjan impressjona fl-Europa League dan l-istaġun u skorja f’San Siro.

Għalkemm ħafna mir-rapporti indikaw li se jsir trasferiment għal ma Real Madrid, jidher li Jovic għandu ideat differenti. Huwa stqarr li fiżikament il-Bundesliga titlob ħafna. Iżda wara l-logħob kontra Chelsea u Inter Milan fl-Europa League, qal li jħoss li l-Premier League jew is-Serie A jkunu adattati għal mod ta’ kif jilgħab.