​Jovetic f’diskussjonijiet biex jiddiskuti l-futur tiegħu

L-attakkant Montenegrin ta’ InterStevanJovetic tard il-Ġimgħa filgħaxija ltaqa’ mal-aġent tiegħu sabiex jiddiskuti l-futur tiegħu.
Skont SkySport, Jovetic jinsab indeċiż x’għandu jagħmel minkejja li f’dan il-preseason reġa’ ngħaqad man-Neroazzurri wara li l-istaġun li għadda kien misluf mal-club Spanjol ta’ Seville. Il-player jixtieq jkollu aktar ċans li jilgħab u għalhekk illi flimkien mal-aġent tiegħu qed jevalwa l-offerti ta’ Seville, Newcastle, OlympiqueMarseille u Burnley. Jovetic għandu 27 sena u kellu esperjenzi ma’ Partizan, Fiorentina u ManchesterCity.