Jottijiet jistgħu jidħlu Malta; il-Kamra tal-Kummerċ sodisfatta

Il-Kamra tal-Kummerċ tilqa’ b’mod pożittiv id-deċiżjoni li persuni li jkunu abbord il-jottijiet jitħallew jidħlu Malta. Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li skont l-Awtoritajiet tas-Saħħa persuni li jkunu abbord il-jottijiet jistgħu jinżlu Malta minkejja li jkunu ġejjin minn pajjiżi li ma jistgħux jidħlu Malta.

Dawn il-persuni jistgħu jidħlu Malta jekk ikunu ilhom minimu ta’ ġimagħtejn f’pajjiż partikolari u ma kellhomx kuntatt ma’ persuni li ġejjin mill-pajjiż li r-residenti tiegħu ma jistgħux jidħlu Malta.

Persuni abbord jistgħu jinbidlu f’Malta la darba mhumiex residenti fil-pajjiż li huwa mniżżel fl-avviż legali.

Dan l-avviż legali ġie ppubblikat fil-5 ta’ Ġunju 2020 u jindirizza jottijiet li jidħlu Malta li fuqhom ikun hemm persuni li jaħdmu abbord il-jott li mhumiex Maltin.

Iċ-Chairperson tas-Sessjoni tan-negozju tal-jottijiet Dr Alison Vassallo qalet li matul il-pandemija huma kienu f’diskussjonijiet mal-awtoritajiet sabiex tinstab soluzzjoni dwar dan.