Aġġornata: Jinbigħ il-jott lussuż li ntalab iħallas €650,000 lil kumpanija Maltija

L-Indian Empress, inbiegħ f’irkant għal €43.5 miljun minn kumpanija privata.

Is-sid ta’ dan il-jott privat ġie ordnat biex iħallas €651,000 dejn ma’ kumpanija lokali li ssewwi d-dgħajjes, wara li l-kumpanija tellgħatu l-Qorti.
Il-jott huwa wieħed lussuż u fih mal-95 metru. Il-jott huwa rreġistrat fuq l-isem ta’ negozjant Indian u eks-politikant, Vijay Mallya.
Il-kumpanija kienet tat is-servizzi tagħha li kienu jiswew eluf kbar ta’ Ewro u li baqgħu qatt ma tħallsu, u dan wassal sabiex jiftħu kawża kontra s-sid.
Il-Qorti pperseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff, talbet lil Mallya sabiex iħallas id-dejn dovut bl-interessi kollha lill-kumpanija kkonċernata.
L-istess Indian Empress kien ġie mwaqqaf milli jidħol Malta wara li l-madwar 40 membru tal-ekwipaġġ bdew jieħdu azzjonijiet legali hekk kif ma bdewx jirċievu l-paga dovuta għalihom, liema pagi jammontaw għal miljuni ta’ Ewro.

Il-jott mimli lussu għandu ċinema u baby grand piano ta’ Sir Elton John.