Jott jieħu n-nar f’Ta’ Xbiex; Persuna l-isptar

Persuna ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li jott ħa n-nar f’Ta’ Xbiex.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.45 ta’ dalgħodu fil-marina ta’ Ta’ Xbiex. Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-persuna li hi minn Niġerija ta’ 38 sena ttieħdet l-isptar minħabba li bela’ d-duħħan.

Il-kundizzjoni tal-persuna għadha mhix magħrufha.

AQRA: Filmat: Splużjoni fil-Kalkara

Ġimgħatejn ilu jott fix-xatt tal-Kalkara ħa n-nar għall-ħabta tan-12.30pm. Dakinhar il-Forzi Armati ta’ Malta kienu rmunkaw il-jott ‘il barra mix-xatt. Ħadd ma kien weġġa’ f’dak l-inċident.

AQRA: Ritratti: Irkuprati l-fdalijiet tal-jott li nħaraq fil-Kalkara