Josservak waqt li tkun rieqed

Filwaqt li s-saħħa tal-persuna hi importanti, hemm ukoll l-ammont ta’ sigħat li persuna torqod.
Meta persuna ma tkunx qed torqod sew, dan jista’ jwassal għal numru ta’ problemi oħra li jistgħu jħallu impatt negattiv fuq il-ħajja tal-persuna.
Għalhekk kumpanija Amerikana ħolqot oġġett ġdid li jista’ jitqiegħed fuq il-komodina jew fl-investa, li jgħinek issir taf aktar dwar ġismek meta tkun rieqed.
L-oġġett, bl-isem Sense, jagħraf mhux biss id-drawwiet tal-persuna meta tkun rieqda, iżda wkoll il-kundizzjonijiet tal-ambjent tal-kamra tas-sodda, bħal ħsejjes, dawl, kif ukoll partiċelli fl-arja.
Dan mhuwiex l-ewwel oġġett li “jaqra” persuna meta tkun rieqda.
Oħrajn fis-suq jistgħu wkoll jintlibbsu minn dak li jkun.