Josie Urpani: eks plejer ta’ Valletta u tat-tim nazzjonali Malti

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol esprimiet id-dieqa tagħha għall-aħbar tal-mewt tal-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti Josie Urpani. Urpani miet fl-età ta’ 83 sena.

Huwa twieled fl-10 ta’ Ottubru tal-1936. Hu kien jilgħab ma’ Valletta FC u kien iddebutta mal-istess tim meta kellu biss 18-il sena. Ma’ Valletta, Urpani kien jilgħab bħala midfielder u kien fost l-aktar plejers importanti fit-tim. Hu rnexxielu jirbħa tlett kampjonati u bosta unuri domestiċi mal-istess tim.

Mat-tim Belti, Urpani lagħab aktar minn 150 logħba tal-league. Hu skurja b’kollox 56 gowl u lagħab 23 darba fil-kompetizzjoni tal-FA Trophy. F’din il-kompetizzjoni huwa skurja seba’ gowls.

It-tim ta’ Valletta FC esprima wkoll id-dispjaċir tiegħu għat-telfa ta’ wieħed mill-eks plejers tat-tim. Huma għaddew il-kondoljanzi lill-familjari u lill-ħbieb ta’ Urpani.