Josie Coppini, Vitorin Galea u Charles Clews…fost 40 bijografija miġbura

40 personaġġ minn Malta u Għawdex li lkoll għandhom storja warajhom, ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja, sabu ruħhom fi ktieb wieħed li jiġbor fih il-bijografiji tagħhom.
Kif jindika l-isem tal-ktieb innifsu, "Għamlu Isem", jitratta dwar ħajjiet ta' personaġġi Maltin li għamlu isem mhux biss għalihom infushom, iżda għall-oqsma tal-ħajja li ġew minnhom.
Fost il-personaġġi li nsibu l-bijografija tagħhom, hemm l-attur Josie Coppini, l-kantant Sammy Bartolo, l-poeta u politiku Anton Buttigieg, l-attur u kittieb Charles Clews, il-poeta Karmenu Vassallo, l-attriċi Vitorin Galea, it-tenur u attur Oreste Kirkop u l-kittieb u studjuż Ġużè Aquilina.
Il-bijografiji miġbura minn Joe Julian Farrugia u ppubblikati mill-Klabb Kotba Maltin fil-ktieb 'Għamlu Isem' ġew preżentati dalgħodu lill-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca.
Min-naħa tagħha l-President innutat li l-fatt li l-ktieb jiġbor fih nies li ħafna jiftakruhom, żgur li l-qari ta’ ħajjithom se jqanqal ħafna nostalġija.
Semmiet ukoll li fuq kollox kull personaġġ għandu l-istorja tiegħu li hi parti mill-istorja tal-pajjiż.