Joseph Zammit Tabona jinħatar Chairman tal-Valletta Cruise Port

Joseph Zammit Tabona nħatar Chairman tal-Valletta Cruise Port. Qabel din il-kariga, Zammit Tabona serva bħala l-kummissarju Malti għar-Renju Unit u l-Irlanda u bejn l-2007 u l-2009, huwa diġa kien Chairman tal-istess Valletta Cruise Port.

Fil-karriera twila ta’ aktar minn 40 sena, Joseph Zammit Tabona ħadem f’diversi bordijiet u kumpaniji pubbliċi. Kien fost l-oħrajn Chairman tal-Malta Stock Exchange u tal-Malta Accountancy Board. Huwa serva ukoll bħala President tal-Federazzjoni Maltija tal-Industrija.