Joseph Muscat u Theresa May jiltaqgħu f’Londra

Theresa May Joseph Muscat Londra

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May f’10 Downing Street, Londra. Waqt din iż-żjara huma ddiskutew l-aħħar żviluppi dwar Brexit, kif ukoll dwar kif iż-żewġ pajjiżi se jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom sabiex jissaħħaħ l-investiment u l-kummerċ.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta u r-Renju Unit huma sħab naturali u r-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi dejjem għandha u dejjem se tkun b’saħħitha. Huma ddiskutew ukoll il-Commonwealth.

Intant Muscat iltaqa’ wkoll mal-eks Prim Ministru Tony Blair u 10 kumpaniji internazzjonali li wrew l-interess li jinvestu f’pajjiżna. Fost dawn kien hemm kumpaniji li jispeċjalizzaw fuq teknoloġija, enerġija rinnovabbli, servizzi finanzjarji, ċinematografija u oħrajn.