Joseph Muscat qed jaqsam 17 Black ma’ Keith Schembri – Azzopardi

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat qed jiddefendi liċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri għax qed jaqsam miegħu l-kumpanija 17 Black.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament fid-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda diversi liġijiet  għal Amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja, Azzopardi qal li l-Gvern, minkejja li għamel ‘il fuq minn 50 emenda għar-rapport ta’ Pieter Omtzigt, m’għamel l-ebda oġġezzjoni għar-riferenza li ssir għal 17 Black, għal każ ta’ Jurgen Fenech, Nexia BT u għall-każ ta’ Adrian Hillman. Huwa qal li l-Ażerbajġan biss jivvota kontra dan ir-rapport, l-iktar pajjiż korrott fl-Ewropa.

“Tistaqsuhx aktar dwar 17 Black” – l-avukati ta’ Keith Schembri

Azzopardi qal li l-Ministri Chris Cardona, Edward Scicluna u Konrad Mizzi gidbu fil-Parlament meta fi tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħu qalu li mhux veru kkwotaw mill-Inkjesta Egrant li għadha mhix pubblika.

Aqra ukoll:

L-Artikli dwar 17 Black