Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri jappellaw d-deċiżjoni tal-Maġistrat

Il-Qorti rċeviet appell għad-deċiżjoni tal-Maġistrat Ian Farrugia li tinfetaħ inkjesta kriminali dwar jekk il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri kisrux il-liġi tal-ħasil tal-flus meta fetħu l-kumpaniji fil-Panama.
Din l-inkjesta nfetħet fuq talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u tinkludi wkoll investigazzjoni fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat.
L-appell tressaq mis-seba’ persuni li nfetħet l-inkjesta fil-konfront tagħhom: il-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi, lis-sidien ta’ Nexia BT Brian Tonna u Karl Cini, lill-impjegat ta’ Kasco Limited Malcolm Scerri u l-eks-direttur maniġerjali ta’ Allied Newspapers Adrian Hillman.
L-inkjesta tinkludi email meta mibgħuta minn  Karl Cini fejn ta l-approvazzjoni biex jinfetħu kontijiet bankarji li kienu jeħtieġu mill-anqas depożitu ta’ miljun dollaru kull sena.
L-appell se jinstema’ quddiem l-Imħallef Antonio Mizzi.