Joseph Muscat jitlob lill-PM jiċċara l-aħħar żviluppi fl-allegat każ ta’ korruzzjoni

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u mexxej Laburista, Dr Joseph Muscat, talab lill-Prim Ministru u lill-ministru Austin Gatt, biex jikkjarifikaw dwar l-aħħar rapporti li jikkonċernaw l-allegat każ ta’ korruzzjoni fix-xiri taż-żejt.

Hu kien qed jirreferi għal imejls li jinkludu l-inizzjali ‘A.G’. Dr Muscat tenna kif hu mhux se jispekula min dan jista jkun.

Huwa qal dan waqt attività politika tal-Partit Laburista f’Ħal Kirkop.

Fuq id-deċiżjoni li tinħareġ maħfra presidenzjali, Dr Muscat qal kif wieħed ikun jista jiġġudika jekk kienetx għażla tajba jew le, meta George Farrugia joħroġ l-informazzjoni.

Huwa temm jgħid li kieku f’Malta iddaħlet il-liġi tal-‘Whistle Blower’s Act’ din il-proklamazzjoni ma kienetx tkun meħtieġa.