Joseph Muscat jirriżenja mill-Parlament

L-eks-Prim Ministru Joseph Muscat irriżenja minn Membru Parlamentari wara 12-il sena li ilu jservi fih. Huwa ħabbar dan illejla fl-ewwel seduta tal-Parlament wara l-vaganzi tas-sajf.

F’diskors qasir fil-ħin tal-aġġornament, Muscat qal li fl-aħħar diskors tiegħu bħala Prim Ministru f’Jannar li għadda kien semma li se jirriżenja mill-Parlament fi ftit xhur.

Qal li huwa ma kien avża lil ħadd peress li ma jħobbx iċ-ċerimonji.

Huwa qal li kburi li serva fi tliet leġislaturi tal-Parlament. Qal li filwaqt li skont in-natura tiegħu jaħseb li seta’ għamel iktar, hu sodisfatt li qed jħalli lill-pajjiż aħjar milli sabu.

L-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia stqarr li Muscat kien qed iħallih bla kliem u awguralu dak kollu li jixtieq għall-futur.

L-ittra tar-riżenja: