Joseph Muscat jiltaqa’ ma’ Donald Trump ġewwa New York

Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat u Michelle Muscat iltaqgħu mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump u Melania Trump waqt l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda ġewwa New York.
Muscat huwa mistenni li jindirizza l-Assemblea għada.
Għal din l-Assemblea, aktar minn 190 pajjiż se jingħaqdu f’diskussjonijiet dwar temi ta’ importanza globali.
Il-Prim Ministru huwa akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela u ċ-chairman tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin Edward Zammit Lewis.
Ritratt: White House