Joseph Muscat jgħid li mhux se jagħti każ il-kuluri tal-uċuh

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li kemm il-darba l-Partit Laburista jingħata l-fiduċja, mhux se jkun qiegħed iħares lejn il-kulur, għax il-ġustizzja u d-demokrazzija hekk jitlobu.

Waqt attività taħt it-tinda fiż-Żurrieq, Joseph Muscat qal hu jrid poplu magħqud.

Dwar il-każ tal-kummissjonijiet fuq ix-xiri taż-żejt Joseph Muscat spjega kif dan jista’ jkun l-ikbar każ ta’ korruzzjoni f’Malta. Il-Mexxej Laburista sostna li rridu nħallu lill-ġudikanti u l-pulizija jagħmlu xogħolhom.

Dwar il-maħfra li l-Prim Ministru ta lil George farrugia biex jagħti iktar dettalji dwar dan il-każ, Dr Muscat qal li nistgħu ngħidu kemm il-maħfra kienet effettiva billi l-poplu Malti jkun jaf jekk b’din il-maħfra hux ser jitilgħu nies ġodda l-Qorti li mingħajrha ma kinux jitilgħu.