Joseph Muscat iżur l-istudenti tal-ITS

Dalgħodu l-Mexxej Laburista żar l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u qal li hu wieħed mill-pilastri tas-sistema edukattiva imma anke tal-qasam turisitiku.

Qal li l-Partit Laburista se jagħmel sforz biex it-turiżmu jiġi stmat bħala karriera u mhux biss bħala xogħol tas-sajf.

Dr Muscat enfasizza li l-ITS għandu potenzjal li bi sħubija ma’ istituzzjonijiet barranin, tattita iktar lejha studenti barranin.

Fil-preżent fl-ITS hemm 700 student fuq bażi full-time u 500 oħra li jattendu korsijiet part-time. Din is-sena l-ITS għandha klassi ta’ madwar 8 persuni b’diżabilità li qed jieħdu taħriġ fit-turiżmu.

Iċ-Chairperson tal-ITS qal li hemm bżonn ta’ iktar investiment bħal kampus ġdid u investiment biex ikun hemm iktar studenti u għalliema biex jikber l-Istitut u jiggwadanja s-settur lokali.

Jakkumpanja lil Dr Muscat kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi. Qal li 94% tal-istudenti li jiggradwaw mill-ITS jispiċċaw isibu xogħol fis-settur turistiku.

Ritratti: Catherine Aquilina