Joseph Muscat iwiegħed Bormla aħjar

F’laqgħa taħt it-tinda f’Bormla l-Mexxej Laburista qal li Bormla għandha tingħata iktar attenzjoni u investiment u dan minħabba li huwa il-post fejn twieled il-Partit Laburista u l-post li oriġinaw d-drittijiet tal-ħaddiema.

Dr Joseph Muscat qal li Bormla m’għandhiex tibqa’ fil-qiegħ tal-klassifika fejn tidħol l-edukazzjoni. Muscat saħaq li Partit Laburista fil-gvern se jaħdem biex meta tfal jispiċċaw mill-edukazzjoni sekondarja jingħataw is-sapport meħtieġ biex ikomplu jistudjaw , u mhux jitilqu l-edukazzjoni.

Qal ukoll li tradizzjonalment, Bormla hi belt li xxaqleb lejn il-Partit Laburista u għalhekk ħeġġeġ lill-Bormliżi biex ikomplu jwasslu l-messaġġ tal-Partit Laburista u jħeġġu iktar nies jivvitaw lill-Partit.

Il-Mexxej Laburista saħaq ukoll li se jistinka biex iżid id-drittijiet ċivili.

Preżenti għal din l-attività kien hemm delegazzjoni Libjana mmexxija mill-eks Prim Ministru Interim tal-Libja Dr Ali Tarhouni.