Joseph Muscat ivvutat l-aktar persuna li avvanza l-kriminalità fid-dinja fl-2019 – OCCRP

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ġie vvutat l-aktar persuna li avvanza l-kriminalità fid-dinja mill-Proġett tar-Rappurtaġġ tal-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni (OCCRP).

Fi stqarrija, l-OCCRP qalet li panel ta’ esperti għażlu lil Joseph Muscat bħala l-Persuna tas-Sena fil-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni. Id-deċiżjoni kienet waħda unanima. Dan il-premju jingħata lill-individwu jew istituzzjoni li f’dik is-sena tkun għamlet l-aktar biex tgħin lill-attività kriminali u l-korruzzjoni.

Il-ġurija qablu li taħt it-tmexxija ta’ Muscat, il-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni ma ġewx indirizzati u f’xi każijiet żdiedu.

Il-finalisti l-oħra li rebaħ kontrihom Muscat kienu jinkludu:

  • Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump akkużat li għamel pressjoni biex jiġi investigat għadu politiku tiegħu
  • L-avkuat ta’ Trump Rudy Giuliani b’rabta mal-istess każ
  • It-tifel tal-President tar-Repubblika tal-Kongo Denis Christel Sassou Nguesso li ġie akkużat li ħa sehem fi skema ta’ korruzzjoni

L-OCCRP qal li minkejja dan il-ġurija ħasset li l-azzjonijiet ta’ Muscat kienu jsarfu fl-aktar forma estrema ta’ korruzzjoni.

https://www.occrp.org/en/poy/2019/

Waħda mill-membri tal-bord tad-diretturi tal-OCCRP, Saska Cvetkovska, qalet li Joseph Muscat eżerċità tmexxija politika falluta.

Il-President Russu Vladimir Putin kien rebaħ dan il-premju fl-2014. Fl-2012 rebħu l-President tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev.

Illum Muscat telaq lejn Dubaj għal btala ma’ familtu.