Joseph Muscat ikomplli jħeġġeġ liż-żgħażagħ

F’mass meeting indirizzat għaż-żgħażagħ fil-Padiljun Sportiv ta’ Raħal Ġdid, il-Mexxej Laburista appella liż-żgħażagħ biex sad-data tal-elezzjoni għandhom ikomplu jaħdmu biex ikunu il-protagonisti u mhux biss spettaturi.

F’indirizz lil madwar 4,000 żagħżugħ u żagħżugħa, Joseph Muscat qal li l-għan ta’ dan il-moviment huwa li jwarrab il-politika tal-passat u jaħdem għal pajjiż magħqud.

Joseph Muscat semma li f’Malta hawn problema ta’ xogħol, tant l fi kliemu, fost dawk li jinsabu mingħajr impjieg hemm 4,600 żagħżugħ u żagħżugħa.

Qal li l-Partit Laburista se jkun qed jgħin lil dawk l-istudenti li jkunu jixtiequ jerġgħu jirrepetu sena bil-għan li jidħlu l-Università.