Read in English.
Joseph Ellis ħa l-ġurament tal-ħatra biex jieħu siġġu parlamentari fuq it-13-il distrett.
Huwa rebaħ l-elezzjoni każwali li saret nhar il-Ħamis li għadda.
Dan is-siġġu tbattal mal-mewt tad-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi, li tilef ħajtu x-xahar li għadda.
Fl-ewwel kummenti tiegħu lill-ġurnalisti, Ellis qal li jħossu onorat u li lest li jaħdem qatigħ għall-gżira Għawdxija li tant hi għal qalbu. Huwa sellem il-memorja ta’ Frederick Azzopardi u qal li jittama li jirnexxilu jwettaq xogħol siewi daqsu.
L-elezzjoni tal-Ħamis li għadda
Filmat: Joseph Ellis jirbaħ l-elezzjoni fuq it-13-il distrett