Joseph Cuschieri s-CEO ġdid tal-MFSA

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) ħatret uffiċjalment lil Joseph Cuschieri bħala l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni l-ġdid tal-awtorità.
Il-ħatra tibda b’effett mill-24 t’April.
Fi stqarrija l-MFSA qalet li din hija l-ewwel darba fl-istorja li se jkollha Kap Eżekuttiva Ewelieni u Ċermen mhux Eżekuttiv fl-istess ħin, wara bidliet li seħħew fl-Att dwar l-MFSA.
Din l-istruttura l-ġdida hi konformi mal-istruttura ta’ organizzazzjonijiet regulatorji oħra fl-Ewropa fil-qasam finanzjarju.
Newsbook.com.mt kien bagħat mistoqsijiet lill-Awtorità Maltija tal-Gaming (MGA) f’Jannar li għadda, meta Cuschieri kien għadu Kap Eżekuttiv tagħha, iżda dakinhar konna bqajna bla tweġiba mill-MGA dwar jekk kinitx minnha l-ħatra ta’ Cuschieri.
Sadanittant intqal li fix-xogħol il-ġdid tiegħu, Cucshieri se jkun responsabbli għall-imnaiiġjar sħiħ u x-xogħol tal-MFSA, u għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji, li jinkludu wkoll riformi fis-settur finanzjarju.
Cuschieri huwa accountant pubbliku bħala professjoni, u huwa membru tal-Istitut Malti tal-Accountants. Jispeċjalizza fl-accounting dwar l-immaniġġjar, finanzi korporattivi u regulazzjonijiet ekonomiċi, fost oħrajn.
Dawn huma l-membri tat-tmexxija tal-MFSA:
Prof. John Mamo (Ċermen), Joseph Cuschieri (CEO), Mario Borg, Joseph Brincat, Frans Camilleri, John Consiglio, Lauren Ellul, Andre Psaila, Mario Vella U Herbert Zammit Laferla.