Joseph Calleja jniedi l-ewwel kanzunetti tiegħu tal-Milied

Għal dan il-Milied it-tenur Malti Joseph Calleja niedu l-ewwel kanzunetti tiegħu tal-Milied, White Christmas u O’ Holy Night.

Il-kanzunetti huwa aċċessibbli fuq il-pjattaformi diġitali u wieħed jista’ jikseb aktar dettalji permezz ta’ dan il-link.

It-tenur Malti ħabbar ukoll li nhar it-23 ta’ Diċembru hu se jkun qed jidher fuq il-programm Christmas at the Castle li se jixxandar fl-10.45pm fuq Sky Arts. Calleja se jkun qed jieħu sehem f’dan il-programm speċjali flimkien ma’ Carly Paoli, Oliver Poole, Mario Stefano Pietrodarchi u Paul Herbert.