Josef u Stefan Borg Grech jirbħu l-Bedrock Offroad Challenge

Fi tmiem il-ġimgħa, l-All Wheel Drive Club organizza attività ta' Offorading f'barriera fil-limiti tan-Naxxar.
Għall-"Bedrock Offroad Challenge" ħadu sehem numru ta' vetturi addattati għal dan it-tip sport u kienu maqsuma f’żewġ klassijiet separati.
L-aħwa Josef u Stefan Borg Grech rebħu din l-isfida b’108 punti u kienu segwiti mill-viċin mit-tim ta' Neville Ciantar u ibnu Lee li spiċċaw b’106 punti.
Fit-tielet post spiċċaw Robert Caruana u Malcolm Vella b’97 punt.
It-tieni klassi, miftuħa għal karozzi tat-triq, intrebħet minn Brandon Cassar u Thomas Galea, segwiti minn Pierre Tanti u David Xuereb. Fit-tielet post daħlu l-koppja Ryan Farrugia u Daniel Debono.