Josef Formosa Gauci jirriżenja mill-MTA

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu, Josef Formosa Gauci se jirriżenja wara li kien ilu jokkupa din il-kariga dawn l-aħħar sitt snin.
Gauci se jħalli l-pożizzjoni tiegħu fl-MTA wara li jinħatar Kap Eżekuttiv ġdid.
Jirriżulta li kien Formosa Gauci stess li nforma lill-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis bid-deċiżjoni tiegħu li jirriżenja.
Mhux eskluż li Formosa Gauci jibqa’ qrib u jgħin l-istess Ministeru.
Fil-ġranet li għaddew, inħatar bord ġdid tal-MTA wara li t-terminu tal-bord preċedenti kien skada f’Mejju.
Gavin Gulia reġa’ ġie kkonfermat Chairman tal-Awtorità.