Josef Cuschieri jilħaq kunsillier fil-Ħamrun minflok Louise Tedesco

Josef Cuschieri Louise Tedesco

Josef Cuschieri sar kunsillier fil-Ħamrun f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Huwa qed jieħu post Louise Tedesco wara li din irriżenjat mal-aħbar li Bernard Grech laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista minflok Adrian Delia.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista feraħ lil Cuschieri għall-ħatra tiegħu u awguralu ħafna ħidma fi ħdan il-Kunsill.

Il-Partit irringrazzja lil Tedesco ta’ ħidmietha u qal li kienet “strumentali sabiex tul iż-żmien li okkupat din il-kariga twassal ilmenti ta’ diversi residenti u kienet rappreżentanta denja tal-Partit Nazzjonalista fil-lokal.”