Josef Bugeja se jieħu post Tony Zarb fil-GWU

Josef Bugeja mistenni li jieħu post Tony Zarb bħala Segretarju Ġenerali tal-GWU hekk kif in-nomina tiegħu kienet l-unika waħda li ġiet sottomessa.
Bugeja kien innominat minn Zarb stess u sekondat mill-President tal-unjin, Victor Carachi u mis-Segretarji tat-taqsimiet kollha.
Stqarrija tal-GWU ssostni li dan juri li Josef Bugeja jgawdi l-fiduċja tal-unjin kollha.
Josef Bugeja se jkun qieghed jahdem spalla ma’ spalla mas-Segretarju Generali, Tony Zarb, sabiex issir transizzjoni tax-xoghol. 
Dan sakemm Tony Zarb jirtira u eventwalment Josef Bugeja jimla l-kariga ta’ Segretarju Generali tal-GWU, hekk kif jigi approvat mid-delegati fl-ewwel Konferenza Nazzjonali tal-GWU.