Josè Herrera ma jafx jekk ħabatx fil-Ħamrun

Is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera qal li ma jafx jekk waqt li laqatx karozza oħra jew le waqt li kien qed jipparkja fil-Ħamrun.
Herrera qal li jekk verament laqat karozza, il-ħsara hi minima ħafna u sostna li ma marx jagħmel rapport l-għassa għax skont hu ma kien involut fl-ebda inċident.
Is-Segretarju Parlamentari ċaħad li saq b’mod perikoluż waqt li kien fi triqtu għad-dar mill-Ħamrun għal Ħal Lija.