Jose Castro sodisfatt bix-xogħol ta’ Montella

F’kummenti li ta lill-gazzetta Spanjola El Correo, il-president ta’ Seville Jose Castro faħħar ix-xogħol illi qed jagħmel il-kowċ Vincenzo Montella mat-tim tan-naħa t’isfel ta’ Spanja.
Castro sostna illi l’Aeroplanino, kif inhu mlaqqam, biddel ir-ritmu tal-iskwadra u qed tidher ħafna t-tmexxija tiegħu fit-tim. Hu kompla jgħid illi jinsab kuntent illi ħadu lill-eks kowċ ta’ Milan u jittama illi jkun kapaċi jwassal lill-klabb għall-mumenti ferm importanti.
Castro temm jgħid illi l-eks kowċ ta’ Seville Berizzo ma rnexxielux jakkwista l-fiduċja tiegħu u kif ra lil Montella liberu minn kull inkarigu fittex li jakkwista s-servizzi tiegħu.