Jorħsu 23 mediċina; 15-il mediċina ġdida fis-suq

Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, Deo Debattista ħabbar ir-roħs fil-prezz ta’ 23 mediċina u semma li se jiġu introdotti 15-il mediċina ġenerika ġdida fis-suq lokali.
L-aħbar ingħatat illum fil-kumpanija Taljana Chemi Pharma Limited, kumpanija li timmanifattura mediċini għall-kanċer, li espandiet l-operat ta’ manifattura f’Malta.
Fi stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, il-konsumatur se jkun qed jiffranka sa 40% mill-prezz tat-23 mediċina.Dawn jinkludu mediċini li jintużaw f’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali, każijiet ta’ infjammazzjoni jew uġiegħ u mard tal-qalb.
Min-naħa l-oħra, l-istqarrija ssemmi wkoll l-introduzzjoni ta’ mediċini ġeneriċi li se jidħlu fis-suq lokali bi prezzijiet imraħħsa sa 73%.
Liema huma l-mediċini msemmija?