L-ikel jogħla bi kważi 3%

Archives

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ħabbar li l-prezzijiet tal-ikel għax-xahar ta’ Lulju għolew bi 2.92% filwaqt li dawk tal-ħwejjeġ u taż-żraben naqas bi 3.08%. F’Lulju r-rata totali ta’ inflazzjoni kienet ta’ 1%.

B’mod aktar speċifiku l-NSO spjega li l-aktar li ogħla kien l-ikel mir-ristoranti u take-aways (0.86%) u l-ħwejjeġ roħsu aktar miż-żraben (-10.78%).

Intant fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista (PN) qal li din iż-żieda se tolqot ħażin lill-framilji bi dħul baxx u lill-anzjani. Il-PN sostna li din iż-żieda trid tittieħed fil-kuntest li l-prezz tal-ħobż żdied u s-serq li qed isir mill-Gvern mill-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.