Jorginho bejn Liverpool u Manchester

Liverpool xeħtu għajnejhom fuq il-midfielder ta’ Napoli Jorginho fit-tentattiv illi jiksbu l-firma tiegħu fil-bidu ta’ dan is-sajf.
Din l-aħbar ġiet żvelata fil-programm Premium Sport fejn dan il-plejer li twieled il-Brażil iżda għandu passaport Taljan għadu ma ddeċidiex iġeddidx il-kuntratt tiegħu mal-Partenopei jew inkella jagħżel xi destinazzjoni oħra.
Min-naħa tiegħu, il-president ta’ Napoli Aurelio De Laurentis se jagħmel minn kollox biex iżomm lil dan il-plejer tant li lest jirduppjalu s-salarju preżenti tiegħu.
Skont l-istess programm sportiv, anke ż-żewġ timijiet ta’ Manchester qed jiġru wara s-servizzi tiegħu.