Jordnawlu jmur għand psikjatra għax attakka pulizija

Arkivji

Raġel akkużat li attakka uffiċjali tal-pulizija ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €8,000 wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Ir-raġel li għandu 55 sena ntalab ukoll sabiex jieħu trattament psikjatriku, jiffirma fl-għassa tal-Pulizija darbtejn fil-ġimgħa u biex ma jitkellimx max-xhieda tal-prosekuzzjoni.

Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat ħaseb li l-Pulizija kienu se jidħlu jfittxu fid-dar tiegħu u staqsa sabiex dawn ituh l-ID cards li jidentifikawhom bħala Pulizija.

Min-naħa l-oħra ingħad kif l-uffiċjali marru fuq il-post sabiex ikellmu lir-raġel u mhux biex ifittxu l-propjetà tiegħu. Dan minħabba li xi ġirien akkużawh li kien ilu jagħtihom fastidju għal numru ta’ xhur, fejn saħansitra akkużawh li ħalla cartridge ta’ arma tan-nar quddiem il-bieb tagħhom.

Hu ġie akkużat li kien vjolenti ma’ żewġ uffiċjali tal-Pulizija, li kiser il-paċi pubblika, li insulenta l-pulizija, li weġġa’ lill-uffiċjali u rreżista l-arrest b’mod vjolenti, li hedded u ta’ fastidju lil żewġ ġirien, li kien qed iġorr arma tan-nar mingħajr liċenzja u li kkawża ħsarat fuq propjetà.