“Jordnalha tiskot u jirrifjuta li jwaqqfilha fejn kellha bżonn”

Xufier tal-linja 'kiser' persuna fuq xarabank u rrifjuta li jwaqqafha fejn riedet tieqaf.
L-attriċi u preżentatriċi Claire Agius kitbet fuq Facebook dwar kif xufier tal-linja li din il-ġimgħa kien qed isuq fuq ir-rotta minn Tas-Sliema għal Għajn Tuffieħa, għall-ħabta tas-1pm, qal lil passiġġiera oħra li kienet riekba biex tiskot u tagħlaq ħalqha. 
Agius qalet li x-xufier injora t-talba tal-passiġġiera biex tinżel anke wara li din daqqet il-qanpiena għal erba' darbiet, qabel ma dan temm il-vjaġġ tiegħu Għajn Tuffieħa. Skont Agius is-servizz Tallinja mhux qed jirrifletti l-ospitalità li rriklamata mill-kumpanija u li dan l-aġir ikompli jikkontribwixxi għad-dewmien fl-istennija fuq il-bus stops u nies li jaslu tard għax-xogħol.
L-ilment għadda wkoll għand il-Malta Public Transport. 
Ritratt: Claire Agius