Jordi Cruyff ser iħalli lil Maccabi Tel Aviv

Fuq il-profil tiegħu ta’ Twitter l-eks plejer Olandiż Jordi Cruyff ħabbar illi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun ser iħalli l-kariga ta’ kowċ tal-klabb Iżraeljan ta’ Maccabi Tel Aviv. Dawn tal-aħħar bħalissa jinsabu fit-tielet post tal-klassifika u għadhom biċ-ċans illi jistgħu jieħdu l-kampjonat.
It-tifel tal-mibki iżda qatt minsi Johan Cruyff beda l-karriera tiegħu ta’ kowċ proprju f’Malta meta kien player-coach ma’ Valletta sabiex imbagħad mexxa wkoll timijiet oħra bħal AEK Larnaca f’Ċipru u l-istess Maccabi Tel Aviv.
Fil-karriera tiegħu huwa libes il-flokkijiet ta’ Barcelona u Manchester United fost l-oħrajn.