Joqtol tfajla u japplika biex jinħeles 7 snin qabel iż-żmien

Żagħżugħ li qatel lill-eks tfajla tiegħu applika biex ikun meħlus mill-ħabs qabel iż-żmien stipulat. Iż-żagħżugħ, li dak iż-żmien kellu 15-il sena, kien imlaqqam ‘Psycho’ wara li farrak ras it-tfajla tiegħu ma’ blata.

Wara l-każ, huwa ingħata sentenza ta’ 14-il sena ħabs. S’issa, iż-żagħżugħ serva nofs din il-piena u jidher li kien qed iġib ruħu ferm tajjeb bħala ħabsi. Issa, jidher li applika biex is-sentenza tiegħu tkun maqtugħa sa 6 snin.

Omm it-tfajla ta’ 52 sena, kif ukoll oħt it-tfajla ta’ 20 sena, twerwru hekk kif ġiet imħabbra l-aħbar. Huma kienu sfurzati jiktbu dikjarazzjoni fejn talbu lill-imħallef biex iżommuh fil-ħabs. L-akbar tħassib tal-familja, issa hu li ż-żagħżugħ jista’ minn mument għall-ieħor jipprepara biex jitlaq mill-ħabs qabel iż-żmien stipulat.