Joqtol lill-eks sieħba u ‘l familtha kollha fl-Awstrija

Police officers stand in front of a house where, according to police, five people were found dead in Kitzbuehel, Austria October 6, 2019. ZOOM.TIROL via REUTERS ATTENTION EDITORS - THIS IMAGE HAS BEEN SUPPLIED BY A THIRD PARTY. NO RESALES. NO ARCHIVES.

Raġel qatel lill-eks sieħba tiegħu, is-sieħeb tagħha u lil familtha fl-Awstrija. Dan skont rapport tal-midja fil-pajjiż.

Il-Pulizija qed jinvestigaw il-qtil ta’ ħames persuni fil-villaġġ ta’ Kitzbuehel. Skont il-Pulizija, il-qtil sar matul il-lejl li għadda. Ir-raġel suspettat bil-qtil qed jinżamm arrestat skont l-aġenzija tal-aħbarijiet APA. Din kienet qed tikkwota lill-Pulizija.

Il-media fil-pajjiż qed tirrapporta li s-suspettat li għandu 25 sena daħal fid-dar tal-eks sieħba tiegħu u spara lejn ħames persuni. Dawn jinkludu l-eks sieħba, is-sieħeb il-ġdid tagħha, il-ġenituri tagħha u ħuha. Aktar tard hu radd ruħu lill-Pulizija u qal li kien hu li kkommetta r-reat.