Joqtol lil bintu ‘live’ fuq Facebook

Missier qatel lil bintu tarbija live fuq Facebook qabel ma neħħa ħajtu b’idejh.
Ir-raġel ta’ 21 sena mit-Tajlandja għallaq lil bintu li kellha 11-il xahar u wara wettaq l-istess att krudili fuqu nnifsu f’lukanda nhar it-Tnejn.
Il-Pulizija Tajlandiża qalet li qed jiġi allegat li r-raġel kien għadu kemm kellu xi jgħid ma’ martu.
Facebook bagħat il-kondoljanzi lill-familja tat-tarbija dwar l-inċident u qal li l-filmat tneħħa minn fuq is-sit soċjali.
Il-kumpanija qalet li se tirrevedi l-mod ta’ kif filmati live jixxandru fuq Facebook.
Il-filmat tal-qtil tat-tarbija kien laħaq ixxandar ukoll fuq YouTube, imma l-kumpanija neħħietu wara li ġiet infurmata mill-midja.
Ritratt: Omm it-tarbija ħdejn ir-ritratt ta' bintha waqt il-funeral tagħha.