Joqtol 5 f’Maryland; “Mhux responsabbli tal-azzjonijiet tiegħi”

FILE PHOTO: Jarrod Ramos, suspected of killing five people at the offices of the Capital Gazette newspaper office in Annapolis, Maryland, U.S., June 28, 2018 is seen in this Anne Arundel Police Department booking photo provided June 29, 2018. Anne Arundel Police/Handout via REUTERS/File Photo

Ir-raġel li spara u qatel ħames persuni li jaħdmu ma’ ġurnal f’Maryland is-sena li għaddiet se jargumenta li mhux kriminalment responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu. Hu se jkun qed jgħid li wettaq dan il-qtil minħabba diżordni mentali. Dan hekk kif illum se jibda’ l-ġuri bl-għażla tal-ġurati.

Nhar it-Tnejn li għadda, Jarrod Ramos wieġeb ħati li spara u qatel ħames persuni f’Capital Gazette. Dan kien wieħed mill-akbar każijiet fejn jidħlu kumpaniji tal-media fl-Istati Uniti. Dan naqqas l-iskop tal-ġuri, hekk kif il-ġurija issa trid tiddeċiedi biss dwar jekk dak li qal dwar il-marda mentali jfissirx li ma għandux iqatta’ ħajtu l-ħabs għall-kriminalità li wettaq.

Ramos kellu ġlieda sħiħa mal-ġurnal meta daħal fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ Annapolis fit-28 ta’ Ġunju tal-2018. Hu hemmhekk spara fuq dawk preżenti. Membri tal-istaff li salvaw l-attakk billi nħbew taħt id-desks kienu kitbu dwar l-attakk fuq l-istess ġurnal il-ġurnata ta’ wara. Dan wassal sabiex jirċievu premju speċjali mill-bord tal-Pulitzer Prize.

Il-prosekuturi u d-difiża ta’ Ramos illum se jkunu qed jibdew il-proċess li jagħżlu l-ġurija li se tevalwa dak li qed jinsinwa Ramos. Huma mbagħad se jkunu qed jagħmlu l-argumenti tal-ftuħ u jippreżentaw il-każijiet tagħhom nhar it-Tnejn li ġej.

Jekk il-ġurija ssib lil Ramos, li għandu 39 sena, responsabbli għat-23 akkuża, inkluż ħames akkużi ta’ qtil tal-ewwel grad li wieġeb ħati għalihom, hu jingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Skont il-liġi ta’ Maryland, Ramos jista’ jinħeles minn akkużi kriminali jekk il-ġurija tiddeċiedi li kien qed isofri minn diżordni mentali li għamlitu inkapaċi li jifhem in-natura u l-konsegwenzi tal-azzjonijiet tiegħu. Deċiżjoni tat-tip tista’ twasslu għal sentenza ridotta fejn iqatta’ l-ħin tiegħu f’istituzzjoni għas-saħħa mentali.