Filmat: Joqtol 4 pulizija f’Pariġi

REUTERS/Philippe Wojazer

Read in English.

Raġel daħal fil-kwartieri ċentrali tal-Pulizija f’Pariġi u qatel erba’ uffiċjali b’sikkina.

Il-midja Franċiża rrappurtat kif ir-raġel huwa aktarx membru tal-istaff iżda ismu għadu mhux ippubblikat. Il-Pulizija aktar tard qatlu lir-raġel. L-inċident seħħ ftit wara s-siegħa ta’ waranofsinhar fil-bitħa tal-bini.

Għalkemm sa issa għad m’hemm l-ebda stqarrija uffiċjali, il-President Emmanuel Macron, il-Prim Ministru douard Philippe u l-Ministru għall-Intern Franċiż kollha marru fuq il-post.

Dan l-inċident traġiku seħħ ġurnata wara li l-Pulizija niżlu fit-toroq tal-kapitali Franċiża biex jipprotestaw kontra pagi baxxi, sigħat twal u rata għolja ta’ suwiċidju fost il-kollegi tagħhom.