Joqtlu għexieren li qed jaħarbu mis-Sirja

Għadd ta’ persuni nqatlu wara bombardamenti mit-Turkija meta kienu qed jippruvaw jaħarbu minn Afrin fis-Sirja.
Ir-rapporti qed jgħidu li tużżani ta’ nies inqatlu u bosta oħra darbu lbieraħ filgħaxija, filwaqt li llum kien hemm numru ta’ mwiet oħrajn.
Skont residenti, il-bumbardamenti tal-ġimgħa laqtu karozzi mimlijin bin-nies, kif ukoll sptar.
Minn tal-inqas 150,000 persuna mill-belt ta’ maġġoranza Kurda.
Madanakollu, it-Turkija ċaħdet li attakkat lin-nies ċivili u li l-ħidma militari tagħha kienet pass sabiex teħles ir-reġjun ta’ Afrin, fit-Tramuntana tas-Sirja, mill-militari Kurdi li għandhom is-sapport tal-Istati Uniti u jitqiesu bħala organizzazzjoni terroristika.
Ritratt: Reuters