Jonqsu s-single mothers b’aktar minn wild wieħed, l-ispiża tibqa’ l-istess

Is-single mothers b’aktar minn wild wieħed naqsu mas-snin, iżda l-ispiża tal-Gvern b’rabta mal-benefiċċji soċjali baqgħet l-istess.

Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon ippreżenta tabella fil-Parlament li turi kif fl-2017 l-għadd ta’ ommijiet waħedhom kien ta’ 1,350 u li bejniethom ingħataw €6.5 miljun.

Turi wkoll li fl-2019 l-ommijiet waħedhom kienu jammontaw għal 1,268 u bbenefikaw €6.3 miljun.

It-tabella mpoġġija fuq il-mejda tal-kamra turi kif fl-2019, ġiet identifikata single mother li għandha tmien ulied li ngħatat €8,870.98 f’benefiċċji.

L-informazzjoni ngħatat fuq mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

       
Numru 201720182019
TfalSingle
Mother
SpiżaSingle MothersSpiżaSingle
Mother
Spiża
2959€4,384,078.61901€4,164,998.62851€4,005,794.21
3280€1,518,208.52295€1,570,224.41297€1,578,575.16
481€471,486.7287€496,483.0381€479,888.03
525€158,392.3531€198,413.0831€201,711.69
64€31,477.545€38,942.757€50,051.58
71€8,395.011€8,455.850€0.00
80€0.000€0.001€8,870.98
Total1,350€6,572,038.751,320€6,477,517.741,268€6,324,891.65