Jonqsu n-nies imressqa l-Qorti mill-Pulizija

Matul is-snin naqsu n-nies imressqa l-Qorti mill-Pulizija.
Minn tabella li poġġa fuq il-Mejda tal-Parlament il-Ministru għall-Intern joħroġ li fl-2013 il-Pulizija resqer 1,013 persuna l-Qorti.
Fis-sena ta’ wara l-Pulizija resqet 917-il persuna l-qorti u fl-2015, 829 persuna ġew imressqa mill-Pulizija.
Fl-2016, 717-il persuna tellgħet il-Qorti mill-Pulizija.
Fl-ewwel xahrejn il-Pulizija ressqet il-Qorti 126 persuna.