Jonqsu l-persuni li jemigraw lejn l-Awstralja

Reuters

L-għadd ta’ persuni li jemigraw lejn l-Awstralja b’mod permanenti jidher li naqas ġmielu fl-aħħar 10 snin minħabba l-iskrutinju aktar iebes li qed isir mill-pajjiż.

Dan qalu l-Ministru għall-Intern Awstraljan Peter Dutton f’attentat sabiex il-Gvern jipprova jnaqqas ir-rabja ta’ votanti konservattivi li jistgħu jwasslu sabiex ma jiġix elett mill-ġdid.

Dan it-tnaqqis se jkun ta’ benefiċċju għall-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbull, li kien qed jara bosta politiċi tal-lemin estrem bħal Pauline Hanson jirbħu s-simpatija tal-votanti wara li għamlu konnessjoni tal-immigrazzjoni maż-żieda fil-prezzijiet tal-propjetà. Din il-konnessjoni għamlet ħsarat kbar lill-Gvern Awstraljan.

Il-Ministru għall-Intern spjega kif 163,000 persuna ġiet approvata sabiex temigra lejn l-Awstralja bejn l-ewwel ta’ Lulju tal-2017 u t-30 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Dan jimmarka tnaqqis ta’ 10% mis-sena ta’ qabel, u l-inqas ammont fl-aħħar 10 snin.

L-iskrutinju li qed jagħmlu jissielet sabiex jassiguraw li l-applikanti għandhom kwalifikazzjonijiet veri u li verament għandhom relazzjoni ma’ persuni li ġew approvati li jistgħu jgħixu fl-Awstralja.