Jonqsu l-passiġġieri tal-cruiseliners li waslu bejn Lulju u Settembru

Ġie rreġistrat tnaqqis fl-għadd ta’ passiġġieri li waslu Malta bil-cruiseliners bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena.
Meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet, f’dawn it-tliet xhur waslu Malta 156,800 passiġġier, tnaqqis ta’ 8.5%. Minn dawn 69 passiġġier marru Għawdex. 75% tal-passiġġeri huma ċittadini ta’ xi pajjiż tal-Unjoni Ewropea, bil-maġġor parti tagħhom ikunu Ġermaniżi, Taljani u Ingliżi. 
B’kollox daħlu 91 cruiseliner, 10 inqas mis-sena li għaddiet.   Fuq dawn il-cruiseliners kien hemm aktar nisa milli rġiel.  L-aktar li niżlu Malta kienu dawk  ta’ bejn l-40 u d-59 sena, segwiti minn dawk ta’ bejn is-60 u d-79 sena.