Jonqsu l-każijiet tal-coronavirus fiċ-Ċina

A passenger wearing a mask walks outside the Shanghai railway station in Shanghai, China, as the country is hit by an outbreak of the new coronavirus, February 8, 2020. REUTERS/Aly Song

Read in English.

Iċ-Ċina ħabbret li kien hemm nuqqas fil-każijiet ġodda tal-coronavirus għat-tielet jum konsekuttiv.

L-Awtoritajiet Ċiniżi rrapportaw li kien hemm 1,009 kif ukoll 142 mewt madwar iċ-Ċina kollha.

Fil-bidu tal-ġimgħa, iċ-Ċina kienet ħabbret żieda fil-każijiet tal-coronavirus wara li bdiet tinkludi l-każijiet kollha li kellhom is-sintomi tal-coronavirus anki jekk jirriżultaw fin-negattiv.

S’issa, b’kollox hemm aktar minn 68,000 persuna fiċ-Ċina li ġew infettati, b’iktar minn 1,665 mejta.

Barra miċ-Ċina, kien hemm aktar minn 500 każ fi 30 pajjiż. Erba’ persuni mietu fi Franza, f’Hong Kong, fil-Filippini u fil-Ġappun.