Jonqsu l-każijiet ġodda tal-Coronavirus fiċ-Ċina

REUTERS/Tingshu Wang

Read in English.

Naqsu l-każi tal-Coronavirus irrappurtati fiċ-Ċina. Dan hekk kif medja internazzjonali qed tgħid li llum, ġew rrappurtat l-iżgħar numru ta’ każi ġodda ta’ dan il-virus mill-aħħar ta’ Jannar. Dan qed jgħin sabiex dak li bassar is-senior medical adviser tal-pajjiż li qal li l-epidemija hemm ċans li tintemm sal-aħħar ta’ April.

Filwaqt li s-swieq globali ħadu dan ir-riżultat bħala aħbar tajba, esperti internazzjonali għadhom inkwetati bil-mod kif inxtered dan il-virus. Il-virus qatel aktar minn 1,100 persuna, kollha fiċ-Ċina ħlief tnejn. Huma qalu li wieħed ikun prematur jekk ikun ottimist minn issa.

Il-konsulet mediku Ċiniż Zhong Nanshan, qal li n-numru ta’ każijiet tal-virus qed jonqsu f’ċertu provinċji.

L-infezzjonijiet fiċ-Ċina telgħu għal 44,653 każ skont uffiċjali tas-saħħa. 2,015-il każ minnhom ġew ikkonfermati nhar it-Tlieta. Din kienet l-iktar rata baxxa ta’ każi ġodda tal-virus mit-30 ta’ Jannar.

In-numru ta’ mwiet fiċ-Ċina telgħu għal 1,113 nhar it-Tlieta li għadda.